Il-Ġordan irnexxielu jeqred numru ta’ moħbiet u ċentri tal-loġistika tat-terroristi mal-grupp Stat Iżlamiku (ISIS), bil-Ġeneral Mansour al-Jbour, li jmexxi l-qawwiet tal-ajru tal-Ġordan, isostni li huma ‘laħqu t-tragwardi’ wara għexieren tal-attakki.
Il-Ġordan żied il-kampanja militari kontra l-ISIS mindu l-pilota Ġordaniż, Moaz al-Kasasbeh, inħaraq ħaj mit-terroristi li kienu qabduh meta ġġarraf b’ajruplan tal-gwerra fl-inħawi tagħhom.
Fl-istess ħin, dan il-pajjiż wettaq mal-20 fil-mija tal-attakki mill-ajru fuq it-terroristi bħala parti mill-impenn tal-koalizzjoni militari anti-ISIS, taħt it-tmexxija tal-Istati Uniti.
Il-Ġeneral al-Jbour għamilha ċara li l-Ġordan irid jeqred lill-ISIS kompletament u li l-aħħar attakki tal-qawwiet tiegħu eliminaw xi 20 fil-mija mill-kapaċita tal-grupp terroristiku li għandu l-bażijiet tiegħu fis-Sirja u l-Iraq.
Sadanittant ħadd ma jaf xejn fil-konkret dwar Kayla Mueller, il-ħaddiema tal-għajnuna mill-Istati Uniti li t-terroristi tal-ISIS qalu li kienet tilfet ħajjitha waqt il-bumbardamenti mill-ajruplani tal-Ġordan fuq iz-zoni kkontrollati mill-istess ISIS.
//= $special ?>