Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Żgħażugħ ta’ 28 sena miż-Żebbuġ f’Għawdex soffra ġrieħi ta’ natura gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin għoxrin fi Triq Selmun fil-Mellieħa.

Iż-żgħażugħ kien qiegħed isuq mutur tat-tip Suzuki 100 fid-direzzjoni taċ-Ċirkewwa meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur u waqa minn fuq l-istess mutur.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Il-pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.