Angela Catania, il-Maltija minn Pembroke li ltaqgħet ma’ binha għall-ewwel darba wara 40 sena waqt il-programm C’e’ Posta per Te, mietet l-għada tal-Milied fl-eta’ ta’ 61 sena, ftit jiem biss wara li ltaqgħet ma’ binha.
Il-programm ippreżentat mill-preżentatriċi popolari Maria de Filippi, ixxandar ilbieraħ fuq Canale 5 wara li kien irrikordjat fil-bidu ta’ Diċembru.
Kien binha Roberto li mar ifittex lil ommu fuq il-programm wara li sar jaf minn anzjana li huwa kien adottat minn koppja minn Sqallija meta kien jgħix f’istitut tas-sorijiet hawn Malta.
Roberto qal li missieru qatt ma’ kien qallu li kien adottat anke jekk fl-iskola sħabu darba qalulu li l-ġenituri tiegħu ma’ kellhom ebda ritratt tiegħu ta’ ċkunitu. Missieru issa dejjem baqa’ jxejjen kull dubju f’moħħ Roberto li huwa kien adottat.
Fuq il-programm meta Angela ltaqgħat ma’ binha u martu spikkaw mumenti ta’ emozzjoni kbira. Angela minn naħa tagħha spjegat li hi kellha tgħati lil binha għall-adozzjoni wara pressjoni mill-ġenituri tagħha peress li kellha lil Roberto fl-eta’ ta’ sbatax il-sena. Saħqet li Roberto dejjem baqa f’qalbha u dejjem talbet għalih.
Minn naħa tiegħu l-ewwel kliem ta’ Roberto x’ħin ra lil ommu kienu ‘E bella’ jew bil-Malti ‘Kemm hi sabiħa’.
Imma sfortunatament Angela mietet ħabta u sabta madwar sitt ġimgħat ilu. Persuni li kienu jafuha spjegaw li binha kellu jinżel Malta mal-familja tiegħu biex iqatta’ l-Ewwel tas-Sena f’pajjiżna.
Madankollu, sfortunatament Angela laħqet tilfet ħajjitha, b’binha jattendi għall-funeral li sar f’Pembroke, fejn kienet tgħix.
Persuni li kienu jafuha fuq facebook fissruha bħala persuna tant qalbha tajba u wrew id-dispjaċir tagħhom li tilfu mara bħalha fil-komunita’ tagħhom.
//= $special ?>