Futbol Sport

22 imutu wara ġlied bejn supporters u Pulizija

Fl-Eġittu ilbieraħ kienet ġurnata sewda ghall-futbol fil-pajjiz wara li 22 persuna tilfu hajjithom barra l-istadium tal-kapitali l-Kajr.

L-inkwiet beda meta supporters tat-tim popolari Zamalek provaw jidħlu bil-forza fl-istadium. U kien hawn li l-Pulizija sparaw gass tad-dmugħ.

Qed jingħad li hafna mietu fir-rassa u l-kommossjoni li nholqot f’dan il-mument ta’ paniku.

Il-loghob kollu tal-league ġie sospiz b’mod indefinittiv. Għalkemm wiehed irid jirrimarka li wara dawn l-inċidenti…il-partita tal-bierah intlagħbet xorta.