18:00 Il-Funeral ta’ Angie se jsir nhar il-Ħamis fis-2pm fil-Knisja tal-Karmelitani l-Balluta. Il-familja qed titlob lil dawk li se jattendu biex jilbsu l-vjola.
Matul il-lejl li għadda mietet Angie Bajada, tfajla ta’ 25 sena, tfajla li kellha enerġija u kellha diversi ħolm għal futur. Ta’ 19, Angie saret omm, ta’ Ally, iżda wara diversi xhur ma’ toħroġx biex tiġu ħsieb lil bintha, Angie ħames snin ilu ħarġet ftit ma xi ħbieb tagħha. Iżda dakinhar, Angie rikbet fuq mutur ma’ persuna, u f’ħin minnhom, waqt li l-mutur kien għaddej b’veloċita’ qawwija, skidja u Angie weġġgħet serjament. Kif waqgħet mill-mutur, Angie ħabtet rasha mal-ġebel tar-roundabout.
Wara sena l-isptar tikkunbatti, Angie ħarġet mill-isptar u marret tgħix id-dar mal-familja tagħha, iżda fi stat veġitattiv.
Angie ħadet l-aħħar nifs ta’ ħajjitha matul il-lejl li għadda fl-eta’ ta’ 25 sena.
Ara l-messaġġ li nkiteb dalgħodu fil-page ta’ facebook ta’ Angie Bajada u intervista mal-akbar ħabiba ta’ Angie.
//= $special ?>