Fuq il-midja soċjali, ġuvni rrakonta kif matul tmiem il-ġimgħa flimkien ma’ sħabu spiċċa aggredit minn grupp iehor ta’ żgħażagħ li jirriżulta li kienu Maltin ukoll. L-inċident seħħ viċin il-bajja ta’ San Ġorġ f’Paceville.
Il-ġuvni spjega kif qabel ma kienx jemmen li nies jispiċċaw aggrediti minn ħaddiehor għal xejn b’xejn u għalhekk appella għal aktar protezzjoni fl-inħawi minn naha tal-Pulizija.
Jidher li meta l-ġuvni, taħt xokk, mar biex jagħmel rapport f’għassa, dwar dak li gralu, flok ingħata l-assistenza għax-xokk, intalab biex jikkalma u jerġa’ lura wara li jagħmel dan.
//= $special ?>