Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tnejn, id-9 ta’ Frar.

IN-NAZZJON ikompli jsegwi l-kontroversja tal-monti fid-daħla tal-Belt. Jippubblika provi illi juru li l-GWU ukoll hi favur li l-monti jitpoġġa biswit il-Parlament il-ġdid. L-istess ġurnal jgħid ukoll li Muscat baqa’ ma ppubblikax il-ftehim li għamel ma’ tal-monti qabel l-elezzjoni.

L-ORIZZONT jgħid li llum l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi jkompli jagħti x-xiehda tiegħu quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi dwar il-każ tax-xiri taż-żejt mill-Enemalta.

THE TIMES OF MALTA u THE MALTA INDEPENDENT b’rapport dwar il-kumpanija l-ġdida li qed tħaddem is-servizz tat-trasport pubbliku, fejn naqraw li l-venda tal-Belt se titkabbar. Il-kumpanija l-ġdida se tieħu l-ispazju kollu fil-foss ta’ San Ġakbu.