Diversi persuni soffrew ħsarat fil-vetturi tagħhom, wara li xi trinek tħallew miftuħa f’Buġibba.
Dawn il-ħofor li tħallew miftuħa mingħajr sinjal kienu ta’ periklu għall-vetturi li kienu għaddejjin min din it-triq, b’konsegwenza li karozza spiċċat maqbuda f’waħda minn dawn il-ħofor f’Buġibba.
Fi tweġiba mill-kuntrattur li kien responsabbli minn dan ix-xogħol, intqal li ġimgħa qabel kien pubblikat dan l-artiklu, kien qed isir xi xogħol fit-triq konċernata u t-triq kienet magħluqa għal ftit siegħat, sakemm tqaxxar it-tarmac u reġa’ ingħata aktar tard.
Il-Kuntrattur qal li t-triq kienet magħluqa bil-barriers u s-sinjali, imma għal xi raġuni l-inċident seħħ dan l-inċident.
Ritratti :Fritz von Weinsberg
//= $special ?>