Il-Pulizija ta’ Taormina arrestaw lil Jomic Calleja, Malti ta’ 29 sena minn Ħal Qormi li ilu maħrub minn pajjiżna sa minn Diċembru li għadda.
Kien waqt ronda tal-Pulizija fuq tren reġjonali li kien sejjer Messina li ġie nnutat Calleja. Il-Pulizija daħlilhom suspett hekk kif Calleja beda jaġixxi b’mod suspettuż hekk kif ra lill-uffiċjali. Hu twaqqaf mill-Pulizija u nstab li fuqu kien hemm mandat ta’ arrest Ewropew.
F’Malta, Calleja għaddej proċeduri legali akkużat li kien involut f’importazzjoni u traffikar tad-droga kannabis. Dan wara li l-Pulizija ta’ Malta segwew il-passi tiegħu.
Kien fit-30 ta’ Novembru 2010 li beda l-każ kontra Jomic Calleja, li flimkien ma’ Andrew Forace, kienu akkużati bi traffikar ta’ 17-il kilo kannabis li mpurtaw fuq medda ta’ xhur. Huma wieġbu mhux ħatha.
//= $special ?>