….biex tinżamm il-kompetittività li jiggarantixxu sostenibbiltà
Id-Deputat Marlene Farrugia qalet li fid-diskorsi li kienu għadhom kemm saru, tpoġġew argumenti biss li jifirdu. Hi qalet li biex ikun assigurat livell ta’ għajxien tajjeb irid ikun hawn tkabbir ekonomiku sostenibbli. Biex jintlaħaq dan, il-qasam tal-enerġija jrid jitpoġġa fuq sisien sodi. Għalhekk irid ikun hemm stabbilità u prezzijiet kompetittivi. Jekk fil-pajjiżi l-oħra tal-Ewropa qed ikun hemm roħs fil-prezzijiet lill-konsumatur, f’pajjiżna wkoll għandu jgħaddi dak ir-roħs lill-konsumatur. Il-Gvern irid ukoll jara li dak ir-roħs ikun sostnut biex ikun hemm stabbilità skont il-ftehim tal-hedging li jkun sar.
Marlene Farrugia qalet li fil-Parlament għandu jitnaqqas l-iżbilanċ li hemm fil-kredibbiltà tal-klassi politika u għalhekk kull Membru għandu jistaqsi jekk il-prezzijiet għandhomx ikunu stabbli, jekk għandhomx jirriflettu l-prezzijiet tas-suq internazzjonali, jekk iridux li tinżamm il-kompetittività. Jekk ir-risposti għal dawn il-mistoqsijiet hi fl-affermattiv allura għandu jkun hemm qbil bejn kulħadd u mhux kliem ta’ nuqqas ta’ qbil.
//= $special ?>