L-Assoċjazzjoni tad-Drittijiet tal-Konsumatur issostni li teżisti preokkupazzjoni dwar il-futur tat-trasport pubbliku f’Malta, speċjalment fost dawk li jiddependu direttament minnu.
Preokupazzjoni ohra hi dwar iż-żieda fl-użu tal-karrozzi privati li gabet kongestjonijiet fit-toroq, zieda fid-dhahen u stennija iktar fit-traffiku bil-konsegwenza li l-pubbliku qed jasal tard ghax-xoghol u l-apppuntamenti.
L-Assoċjazzjoni appellat lill-gvern biex jassigura li s-sistema l-gdida tkun tinkludi karrozzi tal-linja skont il-livelli tal-UE, low-floor, bl-arja kundizzjonata waqt li jipprovdu aċċess ghall-persuni b’dizabbilta fosthom dawk li juzaw scooter.
L-Assoċjazzjoni sostniet li l-pubbliku m’ghandux ihallas nollijiet oghla minn dawk li kien hemm qabel, ghaliex dan jiskoraggixxi lill-pubbliku milli juza t-trasport pubbliku. Prijorita ohra ghall-Assoċjazzjoni hi l-imgieba u l-ilbies tax-xufiera u r-rispett li dawn ghandu jkollhom lejn il-pubbliku.
L-Assoċjazzjoni ghad-Drittijiet tal-Konsumatur tinsisti li ghandha tkun installata sistema elettronika biex tiriċievi l-ilmenti tal-pubbliku flimkien ma’ sistema elettronika b’notifiki dwar il-hinijiet tat-tluq tal-karrozzi.
//= $special ?>