Lokali

Ritratti: Periklu għal xi ħin wara li diesel gelgel fit-triq mill-ITS għall-Bajja San Ġorġ

It-triq li mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) tagħti għall-Bajja San Ġorġ f’Paceville kellha tingħalaq għal xi ħin mit-traffiku minħabba ammont kbir ta’ diesel li gelgel mat-triq. L-ammont kbir ta’ diesel irriżulta minn sistema tal-lukanda Corinthia, li għal xi raġuni far id-diesel minnha.

Fil-post waslu membri tal-Pulizija mis-Sezzjoni tat-Traffiku biex jikkontrollaw it-traffiku, filwaqt li membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħadu ħsieb jitfgħu r-ramel fuq id-diesel. Fortunatament, dan il-każ ma ssarraf fl-ebda inċident tat-traffiku.

Zejt Gelgel San Giljan 4 090215

Zejt Gelgel San Giljan 5 090215