Lokali

Ritratti: Twissija ta’ riħ qawwi u stands itiru f’Tas-Sliema

L-Uffiċċju Meterjoloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija li r-riħ mill-Majjistral it-Tramuntana ser ikun qawwi ħafna għal qawwa ta’ riefnu fl-inħawwi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin.

Filfatt ritratti li waslu għand dan is-sit juru baħar qawwi ħafna f’Tas-Sliema, bil-mewġ jitla’ l-art fiż-żona magħrufa bħala l-Ferries.

Fl-istess żona, ir-riħ tajjar xi stands li jintużaw minn kumpaniji li jirriklamaw servizzi tat-trasport matul il-promenade. Twaqqfu wkoll il-vjaġġi tad-dgħajsa li minn Tas-Sliema twassal sal-Belt Valletta.

Din it-twissija ta’ riħ qawwi tibqa’ fis-seħħ sal-għaxra tal-lejla.