Lokali

Sinjurun maqtul bħala ‘mafjuż’ fiċ-Ċina

L-awtoritajiet fiċ-Ċina kkonfermaw l-esekuzzjoni ta’ Liu Han, sinjurun u eżekuttiv tal-proġetti li jinvolvu l-minjieri, li kien ibbażat f’Sichuan.

Liu Han, li kien iċ-Chairman tal-Hanlong Group, spiċċa kkundannat għall-mewt, f’Mejju, ‘talli mexxa sensiela ta’ delitti, inkluż l-omiċidju, fuq stil tal-Mafja’. Anki ngħatat il-piena kapitali lil Liu Wei, l-iżgħar fost l-aħwa ta’ Han u tliet assoċjati oħra.

Il-Hanlong Group hu entita tal-kumpanniji privati b’sehem fid-diversi industriji li jinvolvu l-minjieri, it-telekomunikazzjoni u l-kimika.