Il-Gozo Football Association qed issejjaħ lill-Kunsill tal-GFA sabiex jitratta l-każ ta’ allegat korruzzjoni li jikkonċerna uffiċjal ta’ Nadur Youngsters FC u l-preżunt nuqqas serju ta’ Xewkija Tigers FC li naqsu li jinfurmaw lil GFA b’dan il-każ serju kif jitlob l-istess statut.
Dan joħroġ minn stqarrija tal-GFA wara li l-eżekuttiv tlaqqa’ b’urġenza mill-President Dr Samuel Azzopardi.
Fi stqarrija l-GFA ddeplorat b’mod qawwi dak li ġara u rringrazzjat lil min informa bil-każ lill-Pulizija u lill-investigaturi tax-xogħol li wettqu sabiex jissolva l-kas.
Dwar dan il-każ il-GFA kienet f’kuntatt kontinwu mal-Malta Football Association (MFA) sa minn meta ġiet infurmata bil-kas u qegħda tgħaddi l-informazzjoni kollha tal-każ lil istess MFA illi peress li l-istess GFA hija membru affiljat tagħha għandha l-ġurisdizzjoni li tinvestiga l-każ hi.
Iktar mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

