Tliet żgħażagħ, tnejn minnhom taħt l-età, mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin wara li nstab li kellhom id-droga fil-pussess tagħhom. Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li s-Sibt filgħodu ż-żgħażagħ kienu għaddejjin fil-vettura tat-tip Toyota meta membri mill-Korp tal-Pulizija ssuspettaw ħażin.
Il-Pulizija segwew il-vettura, li kienet fiż-żona ta’ Albert Town fil-Marsa, b’wieħed miż-żgħażagħ jarmi pakkett fil-ħaxix meta ndunaw bil-Pulizija jsuqu warajhom. L-informazzjoni li għandna tgħid li mal-arrest, iż-żgħażagħ taw verżjonijiet differenti lill-Pulizija, bil-pakkett jiġi rkuprat mill-Pulizija ftit tal-ħin wara.
Il-każ issa ngħadda f’idejn il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga għal aktar investigazzjonijiet, li min-naħa tagħhom mistennija jressqu liż-żgħażagħ quddiem il-Qorti fil-jiem li ġejjin.
//= $special ?>