Internazzjonali

Tsipras jisfida dwar l-awsterità

Il-Prim Ministru tal-Greċja, Alexis Tsipras, għandu jkompli jisfida lill-kredituri internazzjonali meta beħsiebu jżomm mal-pjan oriġinali ħalli inaqqas mill-programm tal-awsterita

Sadanittant, mistennija reazzjoni akbar mill-Ġermanja u l-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li qed jiċħdu l-isforzi ta’ Tsipras biex jinnegozja mill-ġdid il-kundizzjonijiet għall-bailout tal-Greċja.

Fl-istess ħin, Alexis Tsipras informa lill-Parlament ta’ Ateni li beħsiebu jżomm il-wiegħdiet kollha li ħareġ bihom qabel l-elezzjoni u fejn għandu jżid il-paga minima għall-ħaddiema minbarra li jintroduċi ‘bonus għal mal-pensjoni’ u sistemi li jimpjegaw mill-ġdid il-ħaddiema mas-settur pubbliku.

Il-partit estremista tax-xellug Syriza, ta’ Tsipras, rebaħ l-aħħar elezzjonijiet ġenerali bil-wiegħda li jtemm il-miżuri tal-awsterita li ilhom effettivi għal snin fil-Greċja.