Internazzjonali

Vot ta’ fiduċja f’Abbott

Il-Prim Ministru Awstraljan u Kap tal-Partit Liberali, Tony Abbott, għadda mill-vot ta’ fiduċja li ħadu d-deputati parlamentari mal-partit tiegħu.

Il-vot sar wara li deputat Liberali kien sejjaħ għall-‘prova tal-Kap’ minħabba sensiela ta’ deċiżjonijiet politiċi ta’ Abbott li ma niżlux tajjeb mal-kollegi tiegħu u l-elettorat.

Iżda filwaqt li l-Ministru tal-Komunikazzjoni, Malcolm Turnbull, kien qed jidher favorit li jilħaq Kap tal-Liberali minflok Abbott, id-deputati vvutaw, b’61 vot kontra 39, biex it-tmexxija tal-partit fil-Gvern ma tinbidilx.

Fl-ewwel kummenti wara l-vot, Abbott ħeġġeġ għal għaqda akbar fost il-Liberali u biex il-partit jaħdem għal Awstralja aktar b’saħħitha.