Żewġt irġiel li 22 sena ilu tressqu fil-Qorti tal-Maġistrati mixlijin li erba’ snin qabel kienu serqu ammont ta’ ġugarelli minn garaxx ta’ kumpanija, kienu lliberati wara li l-Qorti tal-Maġistrati, li semgħet il-kawża kkonkludiet li l-Prosekuzzjoni ma rnexxilix tipprova l-każ tagħha.
Emanuel Pace u Paul Sammut kienu mixlijin f’Lulju 1992 li bejn l-1 ta’ Awwissu 1989 u l-4 ta’ Awwissu 1989 serqu b’Lm1,000 f’ġugarelli minn garaxx fil-Marsa għad-dannu tal-kumpanija Tradeways Limited.
Mill-provi iżda miġjubin quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ma kienx pruvat li fil-fatt kienu huma li serqu dawn il-ġugarelli u għalhekk iż-żewġt irġiel inħellsu mill-akkużi ta’ serq.
//= $special ?>