Is-sit elettroniku ‘Libya Herald’ qed jirrapporta li membri tal-grupp terroristiku ISIS qed jgħidu li rnexxielhom jieħdu l-kontroll ta’ villaġġ ieħor fil-Libja.
Ir-rapport jgħid li filmat fuq il-midja soċjali, aktarx li nġibed jumejn ilu, juri madwar 40 vettura tal-ISIS deħlin f’dan il-villaġġ, Nawfaliya.
Qed ikun rappurtat ukoll li aktarx, dan il-grupp ta’ terroristi tal-ISIS ġew mill-belt ta’ Sirte. Jekk din l-aħbar tkun verifikata, dan ikun ifissier li l-ISIS irnexxielhom jieħdu l-kontroll tat-tieni belt jew villaġġ fil-Libja. Dan wara li l-grupp diġa ħa l-kontroll tal-villaġġ ta’ Derna.
//= $special ?>