Lokali

Arrestat raġel li daħal f’residenza jhedded li jiftaħ in-nar

Il-Pulizija arrestaw raġel li daħal armat b’iktar minn arma tan-nar waħda f’dar f’San Ġwann.

Fuq ġewwa tar-residenza kien hemm żewġt tfal bir-raġel li beda jhedded li jiftaħ in-nar.

F’temp ta’ ftit ħin fuq il-post waslu uffiċjali tal-Pulizija protetti minn bullet proof vests li rnexxielhom jikkontrollaw is-sitwazzjoni mingħajr ma’ weġġa’ ħadd.

Ir-raġel ittieħed lejn l-għassa ta’ San Ġiljan fejn qed jiġi nterrogat.

Jidher li l-kawża hi waħda familjari. Filfatt minn informazzjoni li għandu dan is-sit jirriżulta li r-raġel kien ħdejn xi tfal li hemm fid-dar. Dan filwaqt li l-mara kienet fuq barra mal-Pulizija.