Lokali Parlament

Il-bankarelli tal-Monti swew kważi €1,000

Il-bankarelli li kellhom jintużaw mill-bejjiegħa tal-Monti fi Triq l-Ordinanza ġew jiswew ftit inqas minn €1,000 kull waħda. Dawk li tlestew se jkunu rranġati u jintużaw għal skopijiet oħra.

Dan qalu fil-Parlament il-Ministru Chris Cardona fi tweġiba għal domanda supplementari tad-Deputat Nazzjonalista David Agius.

Il-Ministru qal li dawn swew €976 kull waħda iżda ma qalx kemm tlestew bankarelli.