Il-Ġordan ordna biex eluf ta’ truppi jmorru mal-fruntiera tal-pajjiż mal-Iraq bħala parti mill-kampanja kontra l-ISIS.
Din hi l-iktar mossa riċenti wara sensiela ma taqta’ xejn ta’ attakki bl-ajru kontra l-ISIS, kampanja li bdiet wara li l-pilota Muath al-Kasasbeh inħaraq ħaj.
L-għan ta’ din l-ordni jidher li hu biex ġellieda tal-ISIS ma jitħallewx jidħlu fil-Ġorand, kif ukoll bħala sinjal tas-saħħa li għandu l-pajjiż, magħruf għal armata fost l-aqwa fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.
Ir-Re tal-Ġordan, Abdullah, il-ġimgħa li għaddiet ħalef li l-ISIS se jħallsu tal-qtil ta’ al-Kasasbeh u wiegħed gwerra ħarxa kontra l-grupp terroristiku.
S’issa l-Ġordan qed iwettaq mill-inqas 20 attakk mill-ajru kuljum f’pożizzjonijiet tal-militanti tal-ISIS.
//= $special ?>