Il-President Amerikan Barack Obama kkonferma li l-ostaġġ Amerikana ta’ 26 sena Kayla Mueller inqatlet fis-Sirja. Mueller, tfajla ta’ 26 sena li kienet taħdem fil-pajjiż toffri l-għajnuna tagħha, kienet inqabdet mill-ISIS lura f’Awwissu tal-2013.
L-ISIS kienu diġa’ ħabbru li Kayla nqatlet waqt attakk mill-ajru tal-Ġordan. Madankollu l-Istati Uniti ma setgħux jikkonfermaw din l-aħbar qabel fl-aħħar sigħat.
Il-President Barack Obama esprima l-kondoljanzi tiegħu għat-telfa ta’ Mueller.
“Irrelevanti minn kemm jirrikjedi ħin, l-istati Uniti determinati li nsibu u nressqu għall-ġustizzja lil min qabad u wassal għall-mewt ta’ Kayla,” qal Obama, filwaqt li ddeskriva lill-ISIS bħala grupp mimli mibgħeda u ta’ stmerrija.
Intant il-familja ta’ Kayla fi stqarrija esprimew is-sogħba tagħhom għall-aħbar tal-mewt tat-tfajla Amerikana.
//= $special ?>

