Analisti mas-Citigroup qed jistennew li l-prezzijiet taż-żejt mhux irraffinat ikomplu jonqsu, din is-sena, sakemm jinżlu għall-ekwivalenti ta’ 20 dollaru Amerikan għal kull barmil.
Minkejja li l-prezzijiet dehru jirkupraw xi ftit dan ix-xahar, l-analisti wissew li l-ħażniet sostanzjali taż-żejt baqgħu jikbru u meta għad hemm il-provvisti żejda fis-suq.
Dawn il-kundizzjonijiet ftit jiftħu possibbiltajiet li l-prezzijiet taż-żejt se jirkupraw, bl-analisti ma jaħsbux li l-prezzijiet jistgħu jistabbilizzaw qabel, almenu, il-bidu ta’ April.
Fl-istess ħin, l-analisti ma jridux jikkommettu ruħhom għal żmien meta l-prezzijiet taż-żejt jistgħu jirkupraw u meta t-tnaqqis kien konsistenti għal dawn l-aħħar xhur.
Sadanittant, iż-żejt mhux raffinat, jew Brent crude, illum naqas għal taħt it-58 dollaru il-barmil. Dan wara li l-Aġenzija għall-Enerġija Internazzjonali ukoll wissiet dwar it-tnaqqis regolari fil-prezz taż-żejt għall-ġimgħat li ġejjin u waqt li l-ħażniet taż-żejt ikomplu jitilgħu matul is-sena.
//= $special ?>