Lokali

Il-Pulizija tħares lejn is-soqfa biex taqbad min qed ikabbar il-kannabis

Il-Pulizija Olandiża qed tuża’ metodu mhux tas-soltu biex taqbad tkabbir illegali tal-pjanta kannabis, mgħejuna wkoll mit-temp xitwi. Jekk josservaw saqaf ta’ dar li m’għandux borra, dan x’aktarx ikun minħabba temperatura iktar għolja li hi meħtieġa biex titkabbar il-pjanta kannabis.

Dan il-metodu mhux tas-soltu qed jikseb suċċess bla ħsieb, tant li diġa’ saru arresti f’erbat ibliet fl-Olanda fejn f’każ minnhom, il-pulizija elevat iktar minn 500 pjanta tal-kannabis b’valur ta’ madwar €50,000. F’Harleem, il-pulizija għamlet appell lill-pubbliku biex jirrapportaw “soqfa suspettużi li ma jkollhomx borra fuqhom” b’mod kunfidenzjali.

L-Olanda għandha fost l-iktar liġijiet liberali dwar l-użu tal-kannabis iżda dan hu limitat għal użu personali. Ħadd ma jista’ jkabbar iktar minn ħames pjanti jew ikollu iktar minn ħames grammi fil-pussess tiegħu.