Fi stqarrija l-FKNK qalu li r-Referendum tal-11 ta’ April ser jiddettermina biss, għandux jibqa fis-seħħ jew le, r-regolament qafas, li permez tiegħu l-Gvern Malti japplika deroga sabiex jippermetti għoxrin nofs ta’ nhar kaċċa legali fir-rebbiegħa għall-gamiem u s-summien biss.
Għasafar oħra, prottetti bil-Liġi rispettiva, jpassu minn fuq il-gżejjer Maltin is-sena kollha.
Kwalunkwe sparar illegali li jista jsir fuq dawn l-għasafar, tgħid l-FKNK, huwa rregolat b’regolamenti oħra li huma infursati u sorveljati strettament mill-awtoritajiet kompetenti. Għall min jista jikser dawn ir-regolamenti u jinsab ħati mill-Qrati hemm multi mill-aktar ħorox fid-dinja u anki ħabs. Dawn ir-regolamenti ser jibqu fis-seħħ.
//= $special ?>