Wara l-istorja pubblikata fil-gazzetta il-mument dwar l-ispettur Nezren Grixti, li qiegħed kontinwament jabbuża mill-karozza tas-Servizz sal-punt li personalment imur biha fejn qed jgħix, l-isptettur Grixti qed jipprova jiskopri min ħa r-ritratti tal-vettura tas-servizz ipparkjata quddiem ir-residenza fejn jgħix.
Minn informazzjoni li għandu maltarightnow.com jidher li wara l-istorja li żvelat il-mument, il-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar bagħat għall-ispettur Grixti. Minn wara din l-istorja, l-Ispettur ried jiskopri min ħa r-ritratt tal-karozza tas-servizz quddiem id-dar fejn jgħix.
Il-Fizzjali li tkellmu ma’ il-mument kienu rrimarkaw li huma għandhom ordnijiet stretti biex is-servizz ta’ karozza jużawha biss mill-grad ta’ Supretendent ‘il fuq.
Dan jfisser, li l-ebda Spettur ma hu intitolat għas-servizz ta’ xufier jew karozza biex tieħdu mid-dar lejn l-uffiċċju jew lura.
F’dan il-każ partikulari jirriżulta li l-Fizzjal inkwistjoni – l-Ispettur Nezren Grixti – ilu għal dawn l-aħħar xhur ripetutament jieħu l-vettura tas-Servizz fir-residenza fejn joqgħod fi Triq is-Sienja f”Ħ’Attard. Din il-vettura, li għandha wkoll numri tar-reġistrazzjoni magħrufa bħala ‘security numbers’ maħruġa minn Transport Malta.
Jirriżulta mit-tagħrif li waslilna li l-Ispettur Nezren Grixti jieħu din il-vettura b’mod regolari r-residenza fejn qed jabita bħalissa u jħalliha hemm għal-lejl kollu biex l-għada, meta jkun xogħol, jirritorna biha l-uffiċċju f’Ta’ Kandja.
Il-Fizzjali li tkellmu ma’ il-mument irriferew għal ċirkolari interna maħruġa fis-27 ta’ Ottubru li għadda mill-eks Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit.
F’din iċ-ċirkulari, Ċirkoari Nru.63/14 tgħid li li “Kien innutat li xi vetturi tas-Servizz qed jinstaqu mill-Fizzjali li huma assenjati sew kemm fid-Distrett kif ukoll fil-fergħat speċjalizzati u li dawn qed ikunu użati għal skopijiet lil hinn minn dawk mitluba mill-esiġenzi tal-Korp.”
L-istess ċirkolari żżid li “saħansitra hemm min qiegħed iħalli dawn il-vetturi mhux indukrati f’diversi lokalitajiet jew ipparkjati barra, ħdejn ir-residenza tagħhom għal ħinijiet twal anki matul il-lejl.”
//= $special ?>