Lokali

Issa daqshekk

Kien Jannar tal-2011, ftit iktar minn 4 snin ilu. Il-prezz internazzjonali taż-żejt kien id-doppju ta’dak li hu llum filwaqt li l-prezz tal-petrol f’pajjiżna kien €1.31 (illum €1.38) u dak tad-diesel kien €1.21 (illum €1.31).

Dakinhar Muscat li naturalment kien għadu fl-oppożizzjoni kien niżżel in-nies fit-toroq jipprotestaw. Dakinhar kien kiteb li l-Prim Ministru mhux iħares l-interess tal-familji u n-negozji. Dakinhar kien qalilna li l-Gvern hu arrogant u qiegħed jgħix f’Torri tal-avorju. Dakinhar kien qalilna li l-Gvern hu bla qalb. Dakinhar iż-żieda fil-budget kienet ta’ €1.16 (illum 58c) u Muscat kien qalilna li daqshekk tiswa s-solidarjeta’ tal-Gvern.

Dakinhar qalilna li b’dawk il-prezzijiet ta’ fuel il-Gvern qiegħed jimmina l-kompetittivita’ ta’ pajjiżna u l-impjiegi.

F’dan ix-xenarju kollu spalla ma spalla ma Muscat kien hemm Tony Zarb u l-GWU. Dakinhar Muscat kien irringrazzja lil GWU tal-appoġġ. Fejn hu Tony Zarb u l-GWU illum?

Illum siekta jgħoddu l-flus li daħħlu mill-kirjiet li qed idaħħlu mingħand il-Gvern. Illum mixtrija mill-Gvern ta’ Muscat. Bħalma dejjem jiġri fi żmien gvernijiet laburisti l-GWU spiċċat bħal kelb tal-but, siekta u tmur fejn jgħidilha sidha.

Kif kien iħobb jgħid Tony Zarb Issa daqshekk. Kull kumment ieħor ikun żejjed.