Raġel minn San Pawl il-Baħar ġie arrestat mill-Pulizija wara li nqabad fil-fatt jisraq minn propjetà li għadha qed tinbena. Il-każ seħħ fi Triq Farsons fil-Ħamrun.
Jirriżulta li l-Pulizija daħlitilhom telefonata anonima minn xi ħadd li nfurmahom li kienet għaddejja serqa f’din it-triq. Huma marru fil-post, żammew lir-raġel u fittxew fil-vann tiegħu fejn sabu numru ta’ travetti.
Il-Pulizija sabu wkoll li l-vann Transit loi kien qed juża r-raġel kienet bla liċenzja u mingħajr polza tal-assigurazzjoni.
//= $special ?>