Membri tad-Diprtiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jisgassaw bieb ta’ residenza ta’ anzjana biex jagħtuha l-assistenza li kellha bżonn.
MaltaRightNow jinsab infurmat li jirriżulta li l-Pulizija ġew infurmati mill-ġirien tal-anzjana li kellha bżonn l-assistenza għax kienet waqgħet u ma setgħetx tqum.
Mal-wasla tagħhom fuq il-post, il-Pulizja stabilixxew li l-anzjana kienet waqgħet eżattament wara l-bieb tar-residenza tagħha, iżda kienet konxja.
Il-Pulizija provaw jagħmlu kuntatt ma’ ħu l-anzjana, iżda kellhom jitolbu għall-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili biex ikun sgassat il-bieb wara li ħu l-anzjana qal lill-Pulizija li ma kienx sejjer jiftaħ il-bieb tar-residenza tal-anzjana għax kien ma jiflaħx.
Malli l-bieb kien sgassat minn membri tal-Protezzjoni Ċivili, l-anzjana ttieħdet l-isptar permezz ta’ ambulanza għal aktar attenzjoni.
Ritratt: Arkivji
//= $special ?>