Rugby Sport

Klabb Belġjan jirbaħ 356-3

RUGBY: Tim tar-Rugby Belġjan fl-ogħla diviżjoni tal-pajjiż rebaħ logħba 356-3.

Matul din il-logħba t-tim ta’ Royal Kituro għamel 56 tries u 38 conversion kontra l-uniku drop-gowl ta’ Soignies. Dan ifisser medja ta’ aktar minn erba’ punti kull minuta.

Il-problemi għal Soignies bdew qabel bdiet il-partita meta r-referee naqas li jasal fil-ħin.
Madankollu meta wasal, aktar min siegħa wara l-bidu skedat tal-logħba, il-partita ntlagħbet xorta waħda.

Milli jidher is-16-il plejer ta’ Soignies, li kienu għadhom disponibbli, ma riedu jikkompetu bi protesta.
Il-President ta’ Soignies, Guy Calomme iddeskriva r-riżultat bħala ‘katastrofiku’ waqt li kelliema għal Kituro, qalet li Soignies “fil-verita ma lagħbux”.

Filmati tal-logħba wrew lit-tim li kien qed jilgħab barra minn dahru, iħalli lill-avversarji jgħaddu u jiġru mingħajr ma jippressahom u dawn ripetutament bdew jagħmlu touchdown taħt il-lasti.

Soignies kienu effettivament sfurzati jilagħbu biex jieħdu ‘l-punt tat-telliefa’ minflok jabbandunaw il-logħba u ma jieħdu l-ebda punt.

U minkejja r-rebħa enormi ta’ Royal Kituro, Soingies, li ħarġu telliefa, xorta għadhom b’punt vantaġġ fuq l-istess Kituro fil-klassifika ġenerali.

Soignies bħalissa jisnabu fit-tielet post għalkemm issa għandhom differenza ta’ punti ta’ -264.