L-Awstralja se tiżdied mal-pajjiżi li se jieħdu sehem fil-Eurovision li din is-sena se jsir fi Vienna, l-Awstrija, f’Mejju li ġej.
Din is-sena jaħbat is-sittin anniversarju tal-Eurovision u kien għalhekk li biex tiġi ċċelebrata wkoll it-tema ta’ din is-sena, Building Bridges, ittieħdet id-deċiżjoni li l-Awstralja tkun mistiedna tipparteċipa wkoll.
B’hekk din is-sena se jkunu qed jipparteċipaw 40 pajjiż.
//= $special ?>