L-Elite Referee Fyodor Zammit bħalissa jinsab fir-Rumanija jirrappreżenta lill-MFA f’kors ta’ ħamest ijiem għall-Elite Referees.
L-MFA kienet mistiedna tibgħat rappreżentat tagħha għal dan il-kors grazzi għall-kollaborazzjoni li teżisti bejn iċ-Chairman tar-Referees’ Committee fir-Rumanija Kyros Vassaras u d-Direttur tar-Refereeing fi ħdan l-MFA Adrian Casha.
Matul il-kors se tkun assessjata l-abilta’ teknika tar-referee Fyodor Zammit permezz ta’ filmati filwaqt li se jgħaddi wkoll minn fitness test.
Iktar mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

