Maurizio Mastrini – isem mhux ġdid fix-xena mużikali Taljana, hekk kif fl-aħħar snin dan il-pjanist kompla jikber fil-karriera tiegħu. Issa, Mastrini se jkun qed iżur Malta biex jagħti kunċert f’pajjiżna wkoll.
Il-kumpanija Media.Link Communications flimkien ma’ Full House Productions se jkunu qed jippreżentaw lil Mastrini fl-20 ta’ Frar li ġej, b’kunċert li se jsir fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pieta’.
Matul il-karriera tiegħu, li kull ma jmur, qed tkompli tikber, Mastrini kiseb popolarita’ partikolarment minħabba l-fatt li fil-kunċerti li jagħti, kważi dejjem ikun ħafi!
Il-kunċert se jsir fl-20 ta’ Frar fit-teatru tad-Dar Ċentrali. Biljetti jinkisbu mir-reception tad-Dar Ċentrali stess.
//= $special ?>