Futbol Sport

Mosta jakkwistaw lil Alieu Darbo

Wasal f’pajjiżna l-eks midfielder ta’ Dynamo Zagreb Alieu Darbo, li se jkun qed jiffirma kuntratt ma’ Mosta F.C.

Darbo, plejer mill-Gambja li għandu biss 22 sena, lagħab fl-akkademja ta’ Örgryte IS fl-Iżvezja, FC Le Mans ta’ Franza, ma’ Dinamo Zagreb fil-Kroazja u Nybergsund fin-Norveġja.

Il-plejer kellu wkoll esperjenza fl-ingilterra ma’ Wigan Athletic, u bħal Ousman Koli, akkwist ieħor ta’ Mosta iktar kmieni x-xahar li għadda, lagħab ukoll għat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu.