Futbol Sport

Pearson mhux se jkun akkużat mill-FA

LEICESTER: Il-manager ta’ Leicester City, Nigel Pearson, mhux se jkun akkużat mill-FA fuq l-argument li kellu mal-midfielder ta’ Crystal Palace James McArthur.

Imma l-FA kitbet lill-kap ta’ Pearson biex tfakkru fir-responsabbilitajiet tiegħu.

Pearson qabad lil McArthur minn għonqu wara li dan daħal fih waqt azzjoni qrib it-touchline fit-telfa 1-0 ta’ Leicester is-Sibt.

Wara huwa ġabar lill-istess McArthur imma mbagħad ġibdu mill-flokk u żammu milli jirritorna fil-pitch.
L-uffiċjali tal-logħba raw l-inċident kollu u hu mifhum li l-FA iddeċidiet li ma tieħux azzjoni wara li kkuntattjathom it-tnejn biex tifhem il-verżjoni tagħhom dwar l-inċident.

Ritratt: Niogel Pearson jiġbed lil James McArthur mill-flokk biex ma jħallihx jidħol lura fil-pitch