Internazzjonali

Sorpriża elettorali fl-Indja

Fl-Indja, partit politiku immexxi minn eks-spettur tat-taxxa kiseb rebħa sorprendenti fl-elezzjonijiet għall-kontroll tal-Istat ta’ Delhi.

Ir-riżultat hu disfatta kbira għall-Prim Ministru tal-Indja, Narendra Modi, li jmexxi l-Partit Bharatiya Janata. Intant, l-istess partit fil-Gvern ammetta t-telfa fil-konfront tal-Partit Aam Aadmi, li hu mmexxi minn Arvind Kejriwal.

Il-Prim Ministru Modi bagħat jawgura lil Kejriwal li daqs sena ilu biss deher li kien spiċċa mill-politika wara li rriżenja minn Ministru ewlieni ta’ Delhi minħabba abbozz kruċjali għal kontra l-korruzzjoni.