L-eks-Kap tal-Fond Monetarju Internazzjonali, Dominique Strauss Kahn, ċaħad li hu qatt ikkommetta delitt meta, fil-preżent, qed jiffaċċja akkużi li fittex jew ħajjar lin-nies biex imorru mal-prostituti.
Strauss Kahn, li qed jidher il-qorti fil-belt Franċiża ta’ Lille, hu akkużat li kien qed jaħdem għal entita tal-prostituzzjoni bbażata ġo lukanda tal-istess belt. Jekk jinstab ħati, Strauss Kahn jista’ jeħel sa 10 snin ħabs u multa ta’ 1.5 miljun ewro.
Strauss Kahn, li għandu 65 sena u li ftit snin ilu kien qed jissemma bħala kandidat għall-Presidenza ta’ Franza, qal li ma kienx jaf li n-nisa li ssemmew fl-akkużi miġjuba kontra tiegħu kienu qed joffru s-servizzi tagħhom bħala prostituti.
//= $special ?>

