Tifla ta’ ħdax-il sena tressqet il-Qorti akkużata li sawtet u qatlet tarbija ta’ xahrejn li kienet fid-dar tagħhom għaliex ommha kienet babysitting. Il-każ seħħ f’Ohio, l-Istati Uniti, meta t-tifla, ommha u t-tarbija kienu reqdin.
F’ħin minnhom it-tifla qabdet lit-tarbija, ħaditha f’kamra u qabdet issawwatha. Tliet kwarti wara marret ħdejn ommha bit-tarbija f’idejha. Madankollu t-tarbija mietet waqt li kienet qed tiġi operata, kawża ta’ ħsara kbira f’moħħha, fil-kliewi u l-milsa.
Qed ikun kunsidrat jekk l-uffiċjali li waslu fuq il-post jingħatawx sessjonijiet ta’ counselling tant ix-xena kienet brutali.
Fil-Qorti kien hemm xena mhux tas-soltu. Tifla żgħira, irqiqa, timxi b’papoċċ tat-tfal u bi ktajjen ma’ saqajha u idejha. Hi poġġiet maġenb ommha, waqt li l-qraba tagħha kienu qed jolfqu fuq wara.
It-tifla, li isimha mhux jixxandar minħabba li hi taħt l-eta, qed tinżamm arrestata, bil-Maġistrat tordna eżami psikjatriku biex ikun determinat x’wassal għal att tant vjolenti.
//= $special ?>