Mara ta’ 36 minn Bormla ddaħħlet l-isptar issofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku kmieni t-Tlieta filgħodu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart ta’ filgħodu, meta l-mara tilfet il-kontroll tal-vettura li kienet qed issuq, bil-konsegwenza li baqgħet dieħla ġo ħajt u sussegwentament spiċċat ġo għalqa. Il-vettura ġarrbet ħsarat estensivi.
//= $special ?>