16-il sena ħabs għal kaptan tal-Costa Concordia Francesco Schettino, li wara proċess twil madwar tliet snin, instab ħati mill-Qrati Taljani ta’ qtil involontarju ta’ 32 passiġġier wara li abbanduna vapur waqt l-għarqa.
Schettino ta’ 56 sena dalgħodu għamel l-aħħar appell tiegħu fejn, imbikkem, qal li hu spiċċa l-ħaruf tas-sagrifiċċju, speċjalment minħabba li fi kliemu, il-mezzi tax-xandir, biddlu l-mod kif seħħet il-ġrajja fil-verita’.
//= $special ?>