Aġġornata : Fil-filmat jidhru diversi waiters u kejkijiet fl-Isptar tal-Onkoloġija.
Illejla fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija fl-Isptar Mater Dei qed isir festin li skont dak irrapurtat fuq is-sit ta’ The Malta Independent, dan il-festin mistenni joħloq tensjoni bejn il-ħaddiema fl-isptar. Dan hekk kif mhux it-tobba u l-infermieri kollha huma mistiedna.
Huma biss dawk li jaħdmu fis-swali tal—operazzjonijiet li rċivew stedina għall-festin li ġie organizzat biex ikun iċċelebrat il-fatt li ntlaħqu l-miri fejn jidħlu ammonti ta’ operazzjonijiet kirurġiċi li saru.
Skont dak li ġie rrapurtat fis-sit ta’ The Malta Independent kienu l-istaff fil-wards u dawk li jaħdmu fil-kuriduri tal-isptar Mater Dei li kkuntatjaw lill-gazzetta għaliex jinsabu rrabjati li minkejja li huma wkoll qed jagħmlu ħilithom f’kundizzjonijiet agħar għal dik il-ħidma mhux qed ikunu rikonoxxuti għaliha.
Jidher li l-inviti nħarġu mill-amministrazzjoni tal-isptar Mater Dei.
//= $special ?>