Lokali

FILMAT: “Tkun traġedja kbira jekk il-monti jmur fejn it-Teatru jew fejn il-Parlament” – Richard England

Il-pożizzjoni tal-Gvern li jpoġġi l-monti bejn il-Parlament il-ġdid u t-Teatru Rjal u li l-proġett ta’ Bieb il-Belt ma jitkompliex kif ippjanat, ġabet reazzjoni negattiva mill-arkitetti ta’ fama internazzjonali Renzo Piano u Richard England.

L-arkitett ta’ fama internazzjonali Renzo Piano, li kien il-moħħ wara l-pjanti u l-pjani tal-proġett ta’ Bieb il-Belt, jikkomunika mal-arkitett Malti Richard England u jilmenta miegħu dwar id-deċiżjoni tal-Gvern li jagħmel il-monti bejn it-teatru rjal u l-Parlament.

Ma’ Richard England, Renzo Piano esprima d-dispjaċir tiegħu li l-Gvern miexi f’direzzjoni differenti dwar it-terminus tal-karozzi f’Bieb il-Belt u l-foss taħt bieb il-belt, fejn il-pjani issa huma li dan isir parkeġġ.

Ara l-intervista kollha ma’ Richard England f’dan il-link.