Is-Serbja qed tbiegħ mijiet ta’ tankijiet tal-gwerra u armi oħra tal-era Sovjetika biex ikollha biżżejjed flus għall-forzi armati tagħha.
Fost l-armamenti li se tbiegħ hemm 282 tank T-55, iktar minn 16,000 pistola u 5,000 rocket launchers flimkien ma’ eluf ta’ bullets u rifle grenades.
Skont il-Ministeru tad-Difiża tal-pajjiż, dawn l-armi ma kienux għadhom meħtieġa għall-funzjoni normali tal-forzi tad-difiża u kienu meqjusa skaduti jew li ma setgħux jintużaw. Il-flus li jidħlu mill-bejgħ tagħhom se jmorru biex is-Serbja tkun tista’ tixtri armi ġodda u se jiffinanzjaw ukoll riċerka u żvilupp.
Skont uffiċjali tal-Gvern Serb, il-bejgħ pubbliku ta’ dawn l-armi hu proċess ferm iktar trasparenti minn dak li kien iseħħ fil-passat, u hu intiż li ma jħallix li jsiru “azzjonijiet illegali”. Il-Ministeru qal li mhux kulħadd jista’ jixtri dawn l-armi imma dawn se jinbiegħu biss lil kumpaniji li huma liċenzjati li jixtru armi barranin.
//= $special ?>