Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum l-Erbgħa, 11 ta’ Frar.

IN-NAZZJON b’rapport fil-faċċata dwar mara tqila li tħalliet numru ta’ sigħat tistenna fil-lock-up tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Il-gazzetta MALTA TODAY tgħid illi tmien NGOs ambjentali esprimew ruħhom kontra l-iskema li tirregolarizza bini illegali u bla permess.

THE MALTA INDEPENDENT jirrapporta fid-dettall l-azzjonijiet tal-MUMN kontra l-pjan ta’ migrazzjoni lejn l-Isptar tal-Onkoloġija.

THE TIMES OF MALTA tgħid illi ninsabu pass eqreb lejn it-tħabbira uffiċjali tal-Arċisqof il-ġdid.

Il-ġurnal tal-GWU, L-ORIZZONT, jgħid li l-PN diġa’ qed jipprepara għat-telfa elettorali tal-2018.