Hekk kif resqin il-ġranet tal-Karnival, ħafna diġa’ huma lesti u preparati bil-kostum li se jkunu qed jilbsu għall-dawn il-jiem ta’ blugħa, b’mod partikolari dawk li se jkunu Għawdex għaċ-ċelebrazzjonijiet spontanji.
Fl-aħħar snin, partikolarment fin-Nadur rajna kostumi varji jispikkaw – kostumi tal-passaport, oħrajn lebsin ta’ Ċiniżi, nies lebsin ta’ Gaddafi jew Berlusconi, karattri ta’ Frozen, u ħafna aktar.
Dan is-sit prova jiskopri x’se jkunu it-trends il-ġodda għall-Karnival ta’ din is-sena.
Fost l-aktar popolari, se jkun hemm il-kostumi li jirrapreżentaw il-bezzun tal-Air Malta u l-famużi pompi tal-petrol. Popolari wkoll kostumi li mistennija jirrapreżentaw il-każ ta’ Paul Sheehan u l-isparatura kontroversjali tas-sena l-oħra…fejn hemm min qed jippjana li saħansitra jilbes ta’ mera!
Uħud qed jaħdmu ukoll kostumi speċjali li jirrapreżentaw bus lanes.
Il-Karnival spontanju tan-Nadur se jixxandar live fuq Net Television nhar is-Sibt 14 ta’ Frar mid-8:40pm ‘l quddiem.
//= $special ?>