Ilbieraħ Patri Manwel Borg Bonello kien qed iqarar fil-Knisja ta’ Santu Wistin il-Belt, fil-festa ta’ San Pawl, meta f’daqqa waħda persuni li kienu preżenti ndunaw li kien miet.
Patri Manwel, li kellu 64 sena, kien magħruf ħafna, b’mod speċjali għall-intelliġenza u l-umiltà tiegħu. Dawk li kienu jafuh iddeskrivewh bħala persuna li ma’ jiġġudikax u persuna li kien jagħti l-eżempju bl-aġir tiegħu stess.
“Patri Manwel kien kważi jiksrek jekk tmur tgħidlu kontra xi ħadd li għamel xi ħaġa ħażina. Ma kienx irid ikun jaf u ma kienx irid jiġġudika,” qal il-Provinċjal Patri Ray Francalanza fl-omelija tal-funeral.
Fost dawk li tkellmu dwar il-kwalitajiet sbieħ li kellu Patri Manwel kien hemm il-Preżentatur tal-programm Xarabank, Peppi Azzopardi, li kien ilu jaf lil Patri Manwel għal diversi snin. Hu ddeskrivih bħala l-bniedem li għallmu jiġġieled għall-ġustizzja.
Patri Manwel kien wkoll artist u kien ipingi diversi karikaturi, li uħud minnhom dehru fuq iċ-Ċirasa, paġna li kienet tidher fuq in-Nazzjon fis-snin tmenin.
Għal diversi snin u kien ukoll il-Provinċjal tal-Agostinjani, Kappillan il-Belt u Rettur tal-iskola ta’ Santu Wistin. Kien ukoll Assistent Ġeneral tal-Agostinjani madwar id-dinja.
//= $special ?>