Qed ikun stmat li huma 300 persuna dawk li tilfu ħajjiethom jumejn ilu meta nqalbu żewġ dinghies mimlija immiganti barra l-kosta tal-Libja.
Dan stqarruħ xi wħud minn dawk li salvaw hekk kif twasslu Lampedusa wara li kienu salvati f’ibħra barra l-kosta Libjana. Skont dawk li salvaw abbord kull dinghy kien hemm aktar minn 100 persuna meta dawn inħakmu mill-mewġ kbir. Minn dawn kien hemm biss disa’ li salvaw.
Fil-maġġoranza tagħhom l-immigranti kienu mill-Mali u s-Senegal u kienu bdew il-vjaġġ mill-kosta Libjana s-Sibt flimkien ma’ lanċa li fejn kien hemm 105 immigrant li kienu salvati minn zewġ bastimenti, li minnhom 29 mietu bil-kesha. Issa sar magħruf li kien hemm dinghy ieħor li għeb għal kollox fil-maltemp ta’ dawn l-aħħar ġranet.
Sadattant in-Nazzjonijiet Uniti wissiet dwar il-kaos fil-Libja u d-diżastru umanitarju kbir jekk il-ġlied ma jieqafx.
Dan fl-isfond tal-aħbar mill-istess Nazzjonijiet Uniti li n-negozjati f’Ginevra fl-Iżvizzera dwar il-Libja tħassru. Taħditiet li qed jitqiesu bħala l-aħħar cans biex il-Libja tkun salvata minn ġejjieni ta’ ġlied u kaos.
//= $special ?>

