Lil żewġt itrabi bniet, fl-isptar, bidlulhom il-brazzuletta tal-polz b’isem il-familja, imma l-iżball instab 20 sena wara.
Il-Qorti fi Franza ordnat lill-isptar f’Cannes, u lill-kumpanija li tħaddmu, biex iħallsu kumpens ta’ €300,000 lil kull wieħed mill-ġenituri u ta’ €60,000 oħra lil kull wieħed mill-aħwa ta’ dawk li llum huma ż-żewġ tfajliet fil-qofol tal-każ.
Il-kundanna hi ftit inqas mill-kumpens li talbu ż-żewġ familji, li kienet taqbeż it-€12-il miljun.
Il-każ kien seħħ fl-1994 u ħareġ biss ftit ilu meta waħda mill-ommijiet, wara li għamlet test mediku, intqalilha li bintha ma kinitx it-tifla bijoloġika tagħha. Wara investigazzjoni, ħareġ li l-infermiera li kienet taħdem fl-isptar fejn twieldet it-tifla, kienet bidlet il-brazzuletta taż-żewġt itrabi li kienu fl-inkubatur u li b’hekk marru għand il-familja żbaljata. L-infermiera, dak iż-żmien, kellha problemi ta’ alkoħol u dipressjoni.
//= $special ?>